Loading

Attivitajiet għat-tfal fuq l-istand tal-Merlin Publishers, waqt il-Festival tal-Ktieb, Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, il-Belt Valletta

L-attivitajiet Merlin huma kollha bla ħlas, imma l-postijiet huma limitati allura importanti li tibbukkja.

Waqt l-attivitajiet Merlin, jafu jittieħdu xi ritratti u/jew videos għal skopijiet promozzjonali.

Il-Ġimgħa 9 ta’ Novembru

Ġojjell id-dragun li jonfoħ l-ilma

Etajiet 5-8 • 17:45 – 18:30

Ġojjell dragun ċkejken ikħal - imma meta jonfoħ, flok nar joħroġ l-ilma. U d-draguni l-oħra ma jaċċettawhx u jkeċċuh minn magħhom. X’se jagħmel Ġojjell?

Attività mmexxija minn Clare Azzopardi

biex tibbukkja, ibgħat email fuq info@merlinpublishers.com b'isem it-tifel/tifla, kemm għandu/ha żmien u numru tal-mowbajl

Is-Sibt 10 ta’ Novembru

X’Ġurnata hi?

Etajiet 3-6 • 09:45 – 10:30

Tridu tqattgħu ġimgħa magħna? Taraw x’nagħmlu fil-ħin liberu tagħna … Ejjew ħa nduru l-ġranet tal-ġimgħa flimkien.

Attività mmexxija minn Marisa Ben Hadj Khalifa

biex tibbukkja, ibgħat email fuq info@merlinpublishers.com b'isem it-tifel/tifla, kemm għandu/ha żmien u numru tal-mowbajl

Is-Sibt 10 ta’ Novembru

Il-Ħbieb tal-Annimali: Taqsima Investigattiva

Etajiet 7-10 • 10:45 – 11:30

Skopri l-avventuri straordinarji ta’ Adele, Rose u Louise. Flimkien ma’ Diddy, is-sieħeb leali tagħhom, għandhom missjoni waħda: isalvaw l-annimali fil-periklu.

Attività mmexxija minn Mark Vella

biex tibbukkja, ibgħat email fuq info@merlinpublishers.com b'isem it-tifel/tifla, kemm għandu/ha żmien u numru tal-mowbajl

Is-Sibt 10 ta’ Novembru

Missjoni: Insalvaw il-Pjaneta l-Blu

Etajiet 7-9 • 11:45 – 12:30

Tlaqna mal-ekstraterrestri Gwi Do fil-vettura spazjali tiegħu, biex insalvaw il-pjaneta tagħna mit-tniġġis, l-inkwinament, l-artijiet maħtufa mill-ispekulaturi, mill-foresti qodma jaqbdu …

Attività mmexxija minn Dwayne Ellul

biex tibbukkja, ibgħat email fuq info@merlinpublishers.com b'isem it-tifel/tifla, kemm għandu/ha żmien u numru tal-mowbajl

Is-Sibt 10 ta’ Novembru

Ġanni jżur Pariġi

Etajiet 3-6 • 16:00 – 16:30

Ġanni jħobb isiefer, u did-darba jżur il-belt ta’ Pariġi: postijiet sbieħ, esperjenzi ħelwin u avventuri. U tgħid x’inhi l-aktar ħaġa li jibqa’ jiftakar minn din is-safra?

Attività mmexxija minn Sherise Zammit

biex tibbukkja, ibgħat email fuq info@merlinpublishers.com b'isem it-tifel/tifla, kemm għandu/ha żmien u numru tal-mowbajl

Is-Sibt 10 ta’ Novembru

Il-Ħanut tal-Ħelu li mar dawra

Etajiet 5-8 • 16:45 – 17:30

Max imur għand tal-ħelu spiss. Imma darba rah b’geddum sal-art u qallu, “Naf x’nagħmlu. Immorru dawra.” U l-ħanut inqala’ minn postu, rama’ żewġ pari saqajn u telqu. Rajthom?

Attività mmexxija minn Clare Azzopardi u Matt Stroud

biex tibbukkja, ibgħat email fuq info@merlinpublishers.com b'isem it-tifel/tifla, kemm għandu/ha żmien u numru tal-mowbajl

Is-Sibt 10 ta’ Novembru

Lupu Lupettu jrid isir Supereroj

Etajiet 5-8 • 17:45 – 18:30

Lupu Lupettu ġietu l-idea li jsir supereroj. Għamel superkostum, u f’daqqa waħda sar Super-Lupettu-Stupendu! Faċli ssir supereroj, le? Sakemm ma tkunx supertraskurat!

Attività mmexxija minn Clare Azzopardi

biex tibbukkja, ibgħat email fuq info@merlinpublishers.com b'isem it-tifel/tifla, kemm għandu/ha żmien u numru tal-mowbajl

Is-Sibt 10 ta’ Novembru

Iltaqa’ mar-rebbieħa tal-Premju tal-Kitba Letteratura għaż-Żgħażagħ

Etajiet 13+ • 18:45 – 19:30

Iltaqa’ ma’ Antoinette Borg, awtriċi ta’ (RI)ĠENERAZZJONI, u Matthew Schembri, awtur ta’ STESSI

Il-Ħadd 11 ta’ Novembru

Lupu Lupettu mdejjaq jew ferħan?

Etajiet 5-8 • 09:00 – 09:45

Ferħan, imdejjaq, eċitat, għajjur … Lupu Lupettu jibdel il-burdata malajr wisq. U meta jkun hemm sħabu miegħu, jispiċċaw bi wġigħ ta’ ras taqsam! Issa deċiż: se jitgħallem jikkalma. Imma kif se jikkontrollahom dawn l-emozzjonijiet?

Attività mmexxija minn Clare Azzopardi

biex tibbukkja, ibgħat email fuq info@merlinpublishers.com b'isem it-tifel/tifla, kemm għandu/ha żmien u numru tal-mowbajl

Il-Ħadd 11 ta’ Novembru

Meta l-Milied ma Ġiex

Etajiet 4-7 • 10:00 – 10:45

Meta l-Milied ma ġiex, Karl u Martina ħassewhom imdejqa. Xi ħaġa kien ġara biex waqa’ daqshekk dlam fuq kollox. Imma xiex? Il-ġenituri nsew li l-25 ta’ Diċembru huwa Jum il-Milied. Imma għaliex?

Attività mmexxija minn Clare Azzopardi

biex tibbukkja, ibgħat email fuq info@merlinpublishers.com b'isem it-tifel/tifla, kemm għandu/ha żmien u numru tal-mowbajl

Il-Ħadd 11 ta’ Novembru

Żgorg: Ħabib minn Dinja Oħra

Etajiet 6-8 • 11:00 – 11:45

Ġanni huwa tifel b’sigriet speċjali: il-ħabib tiegħu Żgorg, li jgħix fi tpinġija li għandu f’kamartu. Meta jħossu mxebba’ jew imdejjaq, Ġanni jgħaddi minn ġo din it-tpinġija u jmur fuq il-pjaneta Żorik fejn ikollu avventuri spettakolari. Fid-dinja ta‘ Żgorg, l-immaġinazzjoni m’għandhiex limitu.

Attività mmexxija minn Noel Tanti

biex tibbukkja, ibgħat email fuq info@merlinpublishers.com b'isem it-tifel/tifla, kemm għandu/ha żmien u numru tal-mowbajl

Il-Ħadd 11 ta’ Novembru

Il-Pirati!

Etajiet 7-10 • 12:00 – 12:45

“Insalpaw!” Tommy ir-Ruxxan, Marija l-Kuraġġuża u Willy il-Bravu jivvjaġġaw minn avventura għal oħra fuq ix-xini tagħhom Id-Dragun l-Iswed. Trid tingħaqad magħhom?

Attività mmexxija minn Mark Vella

biex tibbukkja, ibgħat email fuq info@merlinpublishers.com b'isem it-tifel/tifla, kemm għandu/ha żmien u numru tal-mowbajl

Il-Ħadd 11 ta’ Novembru

Il-Ħanut tal-Ħelu li mar dawra

Etajiet 5-8 • 16:00 – 16:30

Max imur għand tal-ħelu spiss. Imma darba rah b’geddum sal-art u qallu, “Naf x’nagħmlu. Immorru dawra.” U l-ħanut inqala’ minn postu, rama’ żewġ pari saqajn u telqu. Rajthom?

Attività mmexxija minn Clare Azzopardi u Matt Stroud

biex tibbukkja, ibgħat email fuq info@merlinpublishers.com b'isem it-tifel/tifla, kemm għandu/ha żmien u numru tal-mowbajl

Il-Ħadd 11 ta’ Novembru

Ġanni jżur Pariġi

Etajiet 3-6 • 16.45 – 17.30

Ġanni jħobb isiefer, u did-darba jżur il-belt ta’ Pariġi: postijiet sbieħ, esperjenzi ħelwin u avventuri. U tgħid x’inhi l-aktar ħaġa li jibqa’ jiftakar minn din is-safra?

Attività mmexxija minn Sherise Zammit

biex tibbukkja, ibgħat email fuq info@merlinpublishers.com b'isem it-tifel/tifla, kemm għandu/ha żmien u numru tal-mowbajl

Il-Ħadd 11 ta’ Novembru

Is-Sħaħar ta’ Petut: Għand Rebus Totall

Etajiet 8+ • 17.45 – 18.30

Merħba fid-dinja tas-sħaħar tajbin u kattivi! Pinzett tifla għadha qed titgħallem ittir fuq xkupa u għadha ma tafx bil-pjan kattiv tas-saħħar żdingat Rebus Totall. Imma bis-saħħa ta’ Sam, jirnexxilha ssir taf ħafna iktar milli suppost …

Attività mmexxija minn Clare Azzopardi

biex tibbukkja, ibgħat email fuq info@merlinpublishers.com b'isem it-tifel/tifla, kemm għandu/ha żmien u numru tal-mowbajl

Il-Ħadd 11 ta’ Novembru

Avventuri f’dinjiet mistura, maġija … u umoriżmu

Etajiet 8-13 • 18.45 – 19.30

Iltaqa’ mal-awturi John A. Bonello, Carmel G. Cauchi u Audrey Friggieri

Report Abuse

If you feel that this video content violates the Adobe Terms of Use, you may report this content by filling out this quick form.

To report a Copyright Violation, please follow Section 17 in the Terms of Use.